Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Frar 2011 - Nieminen vs Il-Kunsill

(Kawża F-8/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Risto Nieminen (Kraainen, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD12 għall-proċedura ta' promozzjoni 2010.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-26 ta' Ottubru 2010 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra n-nuqqas ta' promozzjoni tiegħu għall-grad AD12 għall-proċedura ta' promozzjoni 2010;

jekk ikun neċessarju, jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD12 għall-proċedura ta' promozzjoni 2010;

jikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________