Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Jannar 2013 – Brus vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-79/12) 1
“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni tal-motivi invokati – Rikors manifestament inammissibbli”
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Karel Brus (Zaventem, il-Belġju) (rappreżentant: J. Duvekot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, J. Baquero Cruz u W. Roels, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jirrevokaw lir-rikorrent mill-funzjonijiet tiegħu u li jnaqqsu l-ammont tal-pensjoni tiegħu wara proċedura dixxipplinari mibdija minħabba ksur tal-Artikolu 11 tar-Regolamenti tal-Persunal. Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.K. Brus għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.