Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tas-17 ta’ Diċembru 2015 – T vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-134/14) 1

(Servizz pubbliku – Sigurtà soċjali – Marda kkaġunata mix-xogħol – Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal – Talba għal rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-marda – Rabta kawżali – Talba għal kumpens għal dannu morali mġarrab minħabba ż-żmien li ħadet l-istituzzjoni sabiex tirrikonoxxi l-orġini professjonali tal-marda – Obbligu li tingħata deċiżjoni f’terminu raġonevoli – Dannu morali)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: T (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u C. Ehrbar, aġenti, sussegwentement minn C. Ehrbar, aġent)

Suġġett tal-kawża

It-talba li tiġi annullata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teskludi l-eżistenza ta’ dannu li jirriżulta miż-żmien li ħadet il-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi l-oriġini professjonali tal-marda tiegħu u li ma jiġix ikkumpensat iktar minn EUR 2 000 bħala kumpens għas-sitwazzjoni inċerta dwar ir-rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-marda tiegħu, kif ukoll talba għall-kumpens għad-danni morali allegatament imġarrba.

Dispożittiv tas-sentenza

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil T is-somma ta’ EUR 5 000.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tħallas l-ispejjeż ta’ T.

____________

1 ĠU C 34, 2.2.2015, p. 53.