Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Mejju 2012 – AF vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-61/10) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Talba għal assistenza – Fastidju psikoloġiku u trattament diskriminatorju – Żball ta’ evalwazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AF (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad it-talba tagħha għal assistenza fir-rigward ta’ fastidju psikoloġiku li tiegħu ir-rikorrenti tqis li kienet vittma, kif ukoll talba għall-kumpens għad-danni morali mġarrba.

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikors huwa miċħud.

AF għandha tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 ĠU C 301, 06.11.2010, p. 63