Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Polymeles Protodikeio Athinon (il-Greċja) fis-16 ta’ Ottubru 2019 – OH vs ID

(Kawża C-758/19)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Polymeles Protodikeio Athinon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: OH

Konvenut: ID

Domandi preliminari

Il-kunċetti ta’ “immunità minn proċedimenti legali” u ta’ “immunità” imsemmija fl-Artikolu 11 tal-Protokoll 1 , kif ifformulati u fir-rigward tal-għan intiż tagħhom, huma ekwivalenti?

L-“immunità minn proċedimenti legali”/“immunità” imsemmija fl-Artikolu 11 tinkludi u tkopri, minbarra l-kawżi kriminali, anki l-kawżi ċivili li jiġu ppreżentati fil-konfront ta’ membri tal-Kummissjoni minn partijiet terzi li jkunu ġarrbu dannu?

L-“immunità minn proċedimenti legali”/“immunità” ta’ Kummissarju tista’ tiġi rrevokata anki fil-kuntest ta’ kawża ċivili fil-konfront tiegħu, bħall-kawża ppreżentata f’dan il-każ? Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, min għandu jiftaħ il-proċedura ta’ revoka?

Il-qrati tal-Unjoni Ewropea għandhom ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali fil-konfront ta’ Kummissarju, bħall-kawża ppreżentata ppreżentata f’dan il-każ?

____________

1 Artikolu 11 tal-Protokoll tat-8 ta’ April 1965 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta’ l-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat [dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea] bħala Protokoll Nru 7.