Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Jannar 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-100/12)

(Servizz pubbliku – Artikolu 34(1) tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors imressaq permezz ta’ faks fit-terminu tar-rikors u ffirmat permezz ta’ timbru li jirriproduċi l-firma ta’ avukat jew permezz ta’ metodu ieħor ta’ riproduzzjoni – Tardività tar-rikors – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tħallas lir-rikorrent kumpens għal dannu li huwa allegatament sofra minħabba dewmien fil-proċedura għall-irtirar tiegħu skont l-Artikolu 53 tar-Regolamenti tal-Persunal u minħabba l-assenza ta’ deċiżjoni rigward l-eventwali oriġini professjonali ta’ din il-marda li kienet ir-raġuni għall-irtirar tiegħu.Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.2)    L.  Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.