Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Lulju 2019 – XW vs Eurowings GmbH

(Kawża C-541/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: XW

Konvenuta: Eurowings GmbH

Domanda preliminari

Fil-kuntest tal-kalkolu tad-dritt għall-kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/20041 , għandha tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll id-distanza totali tat-titjiriet meta passiġġier ikollu dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar fid-destinazzjoni finali wara dewmien/kanċellazzjoni tat-titjira konnessa tiegħu, anki jekk l-ewwel titjira tiegħu kienet puntwali u ż-żewġ titjiriet saru minn trasportaturi tal-ajru differenti u kienu rriżervati flimkien?

____________

1     Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).