Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Settembru 2010 - Antelo Sanchez et vs Il-Parlament

(Kawża F-78/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Pilar Antelo Sanchez (Brussell, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut, riprodotta fid-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti, li tillimita l-aġġustament tas-salarji ta' kull xahar tagħhom minn Lulju 2009 għal żieda ta' 1.85 % fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-impjegati l-oħra fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009 tat-23 ta' Diċembru 2009

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata inkwantu tiffissa rata ta' aġġustament tal-pagi għal 1.85 % skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1296/2009 li jaġġusta b'effett mill-1 ta' Lulju 2009 ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għal dawn ir-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet;

tagħtihom il-benefiċċju tal-interessi moratorji, ikkalkolati skont ir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew, dovuti fuq l-ammont kollu li jikkorrispondi għad-differenza bejn il-pagi li jinsabu fid-dikjarazzjoniijiet tas-salarji minn Jannar 2010 u dawk li għad iridu jitranġaw għall-perijodu minn Lulju 2009 sa Diċembru 2009 u l-pagi li hija kellha dritt għalihom, sad-data meta dawn il-pagi jitranġaw;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

____________