Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2014 – ZZ u ZZ vs Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

(Kawża F-2/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li ma eżaminatx is-segwitu għall-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra tnejn mill-kollegi tagħhom bħala riżultat tad-dikjarazzjoni konġunta malafamanti tagħhom u li jiġi kkunsidrat li ma kienx hemm lok li jittieħdu l-miżuri li kienu xierqa skont l-obbligu tagħha li tassisti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Diċembru 2012 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li tagħlaq mingħajr segwitu t-talba tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 24 kontra tnejn mill-kollegi tagħhom;jikkundanna lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri tħallas lir-rikorrenti, bħala dannu morali, EUR 01 provviżorju fuq id-dannu evalwat għal EUR 100 000;jikkundanna lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-ispejjeż.