Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17 ta' Frar 2011 - Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-119/07)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta' medjazzjoni - Att li jikkawża preġudizzju - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Konsolidazzjoni - Kumpens provviżorju)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Guido Strack (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Annullament ta' diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jirrifjutaw it-talbiet tar-rikorrent għall-implementazzjoni ta' proċedura ta' medjazzjoni, għal intervent rapidu, għat-teħid ta' miżuri sabiex jiġu solvuti l-kunflitti, kif ukoll għall-ħlas ta' depożitu skont l-Artikolu 19(4) tal-Iskema Konġunta tal-Assigurazzjoni għall-mard tal-Komunitajiet Ewropej. Talba għad-danni u interessi.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-26 ta' Frar 2007, li tirrifjuta l-ħlas lil G. Strack ta' kumpens provviżorju skont l-Artikolu 19(4) tal-Iskema Konġunta tal-Assigurazzjoni għall-mard tal-Komunitajiet Ewropej hija annullata.

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż ta' G. Strack.

G. Strack għandu jbati nofs l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 183, 19.07.2008, p. 32.