Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Schleswig-Holsteinischen Verwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Jannar 2020 – L.R. vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-8/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Schleswig-Holsteinisches Verwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L.R.

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domanda preliminari

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi li applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tista’ tiġi miċħuda bħala applikazzjoni sussegwenti li hija inammissibbli, hija kompatibbli mal-Artikolu 33(2)(d) u mal-Artikolu 2(q) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali 1 , jekk l-ewwel proċedura għal ażil li tkun ġiet miċħuda tkun saret mhux fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, iżda fin-Norveġja?

____________

1 ĠU 2013, L 180, p. 60.