Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 taʼ Settembru 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-101/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tiġi rtirata l-offerta ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni aċċettata mir-rikorrent u li tiġi ssostitwita b’oħra, ikkalkolata fuq il-bażi tad-DĠI il-ġodda

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara illegali l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

jannulla d-deċiżjoni tal-21 ta’ Ġunju 2011 li tannulla u tissostitwixxi l-offerta ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni aċċettata fit-28 ta’ Lulju 2010;jannulla d-deċiżjoni tal-21 ta’ Ġunju 2011 li għat-talba għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent jiġu applikati l-parametri stabbiliti fid-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.