Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-30 ta’ Lulju 2020 – CHEP Equipment Pooling NV vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-396/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CHEP Equipment Pooling NV

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domanda preliminari

L-Artikolu 20(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 1 , li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (id-Direttiva 2008/9/KE), għandu jiġi interpretat fis-sens li, anki fil-każ ta’ differenzi numeriċi evidenti b’detriment għas-suġġett passiv ‒ mingħajr ma tqum il-kwistjoni tal-pro rata ‒ bejn it-talba għal rimbors u l-fattura, l-Istat Membru tar-rimbors jista’ jqis li ma huwiex neċessarju li jitlob informazzjoni addizzjonali u li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni rilevanti kollha għall-finijiet tad-deċiżjoni dwar ir-rimbors?

____________

1 ĠU 2008, L 44, p. 23.