Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fil-25 ta’ Ġunju 2019 - Lexel
(Kawża C-484/19)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta förvaltningsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lexel AB
Konvenuta: Skatteverket
Domanda preliminari
Ir-rifjut, lil kumpannija Svediża, tad-dritt li tnaqqas l-interessi mħallsa lil kumpannija li magħha hija għandha interessi komuni (kumpannija assoċjata) stabbilita fi Stat Membru ieħor, għar-raġuni li l-obbligu li jgħaqqadhom flimkien jidher li ġie maqbul prinċipalment bl-għan li l-kumpanniji assoċjati jibbenefikaw minn vantaġġ fiskali sostanzjali, filwaqt li ma tqiesx li tali vantaġġ fiskali kien jeżisti li kieku ż-żewġ kumpanniji kienu kumpanniji Svediżi, peress li, għaldaqstant, kienu jkunu applikabbli għalihom id-dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti finanzjarji fi ħdan l-istess grupp, huwa konformi mal-Artikolu 49 TFUE?
____________