Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-21 ta' Jannar 2010 - Prof. Dr. Oliver Brüstle vs Greenpeace e.V.

(Kawża C-34/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Prof. Dr. Oliver Brüstle

Konvenuta: Greenpeace e.V.

Domandi preliminari

X'għandu jfisser it-terminu "embrijonijiet" umani fis-sens tal-Artikolu 6(2)(ċ) tad-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta' Lulju 1998, dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi 1?

a)    Dan it-terminu jinkludi l-istadji kollha tal-iżvilupp tal-ħajja umana mill-fertilizzazzjoni tal-bajda jew għandhom jiġu sodisfatti kundizzjonijiet oħra, pereżempju li jintlaħaq ċertu stadju ta' żvilupp?

b)    L-organiżmi li ġejjin jaqgħu taħt dan il-kunċett:

(1) bajd uman mhux iffertilizzat, li fihom ġie impjantat in-nukleu ta' ċellula umana matura;

(2) bajd uman mhux iffertilizzat, li permezz ta' partenoġenesi, ġew stimolati sabiex jinqasmu u jiżviluppaw?

Ċelluli staminali miksuba minn embrijuni umani fl-istadju tal-blastoċisti jaqgħu wkoll taħt dan il-kunċett?

X'għandu jfisser "l-użu ta' embrijoni umani għal finijiet industrijali jew kummerċjali"? Dan il-kunċett ikopri kull użu kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva, b'mod partikolari wkoll l-użu għal finijiet ta' riċerka xjentifika?

Edukazzjoni teknika hija eskluża mill-jedd għall-privattiva skont l-Artikolu 6(2)(ċ) tad-Direttiva 98/44 ukoll f'każijiet fejn l-użu ta' embrijuni umani ma jkunx parti mill-edukazzjoni teknika mitluba mill-privattiva, iżda hija l-kundizzjoni meħtieġa għall-implementazzjoni tagħha

minħabba li l-privattiva tirrigwarda prodott li l-produzzjoni tiegħu tirrikjedi l-qerda minn qabel ta' embrijuni umani

b)    jew minħabba li l-privattiva tirrigwarda proċedura li biha tali prodott huwa meħtieġ bħala materjal bażiku?

____________

1 - ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 395