Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta' Settembru 2011 - Van Soest vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-117/10) 1

(Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni - Kundizzjonijiet ta' ammissjoni - Diploma mitluba - Kunċett ta' diploma mogħtjia mal-ikkompletar ta' edukazzjoni sekondarja u li tagħti aċċess għal edukazzjoni ogħla - Deċiżjonijiet tal-Bord tal-Għażla - Natura tal-kontroll eżerċitat mill-Awtorità tal-Ħatra)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Barry Van Soest (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kommissjoni li temmet il-proċedura ta' reklutaġġ tar-rikorrent, li għadda minn kompetizzjoni u li huwa mniżżel fil-lista ta' riżerva, minħabba l-fatt li ma għandhux diploma ta' edukazzjoni sekondarja li tagħtih aċċess għal edukazzjoni ogħla.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn B. Van Soest.

____________

1 - ĠU C 30, 29.01.11, p. 66.