Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-11 ta’ April 2019 – Naturschutzbund Deutschland - Landesverband Schleswig-Holstein e.V. vs Kreis Nordfriesland

(Kawża C-297/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Naturschutzbund Deutschland - Landesverband Schleswig-Holstein e.V.

Konvenut: Kreis Nordfriesland

Parti msejħa fil-kawża: Deich- und Hauptsielverband Eiderstedt, Körperschaft des öffentlichen Rechts

Intervenjenti: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

Domandi preliminari

a)    Il-kunċett ta’ “amministrazzjoni” fis-sens tat-tieni inċiż tat-tielet paragrafu tal-Anness I tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali 1 , jinkludi attivitajiet li huma intrinsikament marbuta mal-użu dirett tal-art għall-produzzjoni ta’ uċuħ tar-raba’?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv:

b)    F’liema ċirkustanzi tista’ l-amministrazzjoni ta’ siti skont ir-rekords dwar il-habitats jew id-dokumenti dwar l-għanijiet ta’ konservazzjoni titqies li hija “normali” fis-sens tad-Direttiva 2004/35?

ċ)    Liema perijodu japplika fil-kwistjoni dwar jekk l-amministrazzjoni tikkorrispondix għall-amministrazzjoni tas-siti applikata “qabel” mill-proprjetarji jew mill-operaturi rispettivi fis-sens tad-Direttiva 2004/35?

d)    Ir-risposta għall-kwistjoni dwar jekk l-amministrazzjoni tikkorrispondix għall-amministrazzjoni tas-siti applikata qabel mill-proprjetarji jew mill-operaturi rispettivi fis-sens tad-Direttiva 2004/35, għandha tingħata indipendentement mir-rekords dwar il-habitats jew mid-dokumenti dwar l-għanijiet ta’ konservazzjoni?

Attività mwettqa fl-interess pubbliku abbażi ta’ delega legali ta’ kompitu hija “attività tax-xogħol” fis-sens tal-punt 7 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/35?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 357