Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Diċembru 2019 – Proċeduri kriminali kontra CD

(Kawża C-929/19)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

CD

Il-partijiet l-oħra fil-kawża:

CLD, GLO, ȘDC, PVV, SC Complexul Energetic Oltenia SA, Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casație și Justiție – Direcția Națională Anticorupție, Agenția Națională de Administrare Fiscală

Domandi preliminari

L-Artikolu 19(1) TUE, l-Artikolu 325(1) TFUE u l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali 1 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-adozzjoni ta’ deċiżjoni meħuda minn korp estern għall-poter ġudizzjarju, il-Curtea Constituțională a României (il-Qorti Kostituzzjonali, ir-Rumanija), li timponi de plano l-eżami mill-ġdid tal-kawżi kollha ta’ korruzzjoni li ġew deċiżi mill-awla kriminali tal-qorti suprema fl-ewwel istanza matul perijodu speċifikat (mill-2003 sa Jannar 2019), u li jinsabu fl-istadju tal-appell?

L-Artikolu 2 TUE u l-Artikolu 19(1) TUE, u [t-tieni paragrafu ta]l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-konstatazzjoni, minn korp estern għall-poter ġudizzjarju, tal-illegalità tal-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti ta’ awla tal-qorti suprema, li tmur kontra l-interpretazzjoni li toħroġ mill-prattika organizzattiva u ġudizzjarja stabbilita u unanima ta’ din tal-aħħar?

Is-supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li tippermetti lill-qorti nazzjonali tħalli mhux applikata deċiżjoni tal-qorti kostituzzjonali, mogħtija f’kawża relatata ma’ tilwima kostituzzjonali, li hija vinkolanti taħt id-dritt nazzjonali?

L-espressjoni “stabbilita minn qabel bil-liġi” li tidher [fit-tieni paragrafu ta]l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tista’ tiġi interpretata fis-sens li tinkludi l-ħatra formali ta’ kulleġġi ġudikanti speċjalizzati distinti mill-ispeċjalizzazzjoni tal-imħallfin li jagħmlu parti minn dawn il-kulleġġi ġudikanti?

____________

1     ĠU 2017, L 198, p. 29.