Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ottubru 2009 - W vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-86/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: W (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jingħatax l-allowance tad-dar.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u l-Ħlas ta' Drittijiet Individwali, tal-5 ta' Marzu 2009, li r-rikorrent ma jingħatax l-allowance tad-dar;

jannulla ċ-ċaħda tal-ilment imressaq mir-rikorrent fit-2 ta' April 2009, irreġistrat bin-Nru R/149/09 skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiża mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ Admin fil-kwalità tiegħu ta' Awtorità tal-Ħatra u bid-data tas-17 ta' Lulju 2009;

jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________