Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšším správním soudem (ir-Repubblika Ċeka) fil-31 ta’ Marzu 2020 – Kemwater ProChemie s. r. o. vs Odvolací finanční ředitelství.

(Kawża C-154/20)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kemwater ProChemie s. r. o.

Konvenut: Odvolací finanční ředitelství

Domandi preliminari

Il-fatt li d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa bħala taxxa tal-input jiġi suġġett għall-obbligu li l-persuna taxxabbli tipprova li s-servizz taxxabbli li hija akkwistat ġiet ipprovduta minn persuna taxxabbli speċifika oħra huwa konformi mad-Direttiva 2006/112/CE 1  ?

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda u jekk il-persuna taxxabbli ma tkunx issodisfat l-oneru tal-prova msemmija iktar ’il fuq, id-dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input jista’ jiġi rrifjutat mingħajr ma jkun ġie pprovat li din il-persuna taxxabbli kienet taf, jew setgħet kienet taf, li bl-akkwist tal-oġġetti jew tas-servizzi hija kienet qiegħda tipparteċipa fi frodi fiskali?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.