Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Seduta Plenarja) ta' l-24 ta' Ġunju 2008 - Cerafogli u Paolo Poloni vs BĊE

(Kawża F-116/05)1

( Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Remunerazzjoni - Metodu ta' kalkolu ta' l-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet - Eżekuzzjoni ta' sentenza tal-qorti Komunitarja - Att konfermattiv - Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Concetta Cerafogli u Paolo Poloni (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Vandersanden u L. Levi, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. Malfrère u K. Sugar, bħala aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, avukat)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti għax-xahar ta' Lulju 2001, hekk kif redatti mill-Bank Ċentrali Ewropew f'Mejju 2005, b'eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Novembru 2003, mogħtija fil-kawża T-63/02, Cerafogli u Poloni vs BĊE kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 48 tal-25.2.2005 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej bin-numru T-431/05 u ttrasferita lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea b'digriet tal-15.12.2005).