Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 – Marenco vs REA

(Kawża F-135/12) 1

(Servizz pubbliku – Membru tal-persunal temporanju – Reklutaġġ – Sejħa għal espressjoni ta’ interess REA/2011/TA/PO/AD 5 – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Regolarità tal-proċedura ta’ selezzjoni – Stabbiltà tal-kompożizzjoni tal-Kumitat ta’ Selezzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Claudia Marenco (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou, aġent, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni REA/2011/TA/PO/AD5.DispożittivId-deċiżjoni kkomunikata permezz ta’ messaġġ elettroniku tat-12 ta’ Marzu 2012 lil C. Marenco li permezz tiegħu l-Kumitat ta’ Selezzjoni tas-sejħa għal manifestazzjoni ta’ interess REA/2011/TA/PO/AD 5 rrifjuta, wara eżami mill-ġdid, li jinkludi l-isem ta’ C. Marenco fil-lista ta’ riżerva fi tmiem il-proċedura ta’ selezzjoni hija annullata.L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn C. Marenco.