Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-132/11) 1

(Servizz pubbliku – Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors ippreżentat bil-faks fit-terminu għall-preżentata tar-rikors – Firma miktuba bl-idejn tal-avukat li hija differenti minn dik li tidher fuq l-oriġinal tar-rikors mibgħut bil-posta – Tardività tar-rikors – Inammissibbiltà manifesta – Ineżistenza)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent, l-ewwel nett, sabiex tindikalu bil-miktub in-numru ta’ ġranet ta’ leave annwali, akkumulati qabel l-2005 u akkumulati fis-snin 2005 sa 2010, li huwa kien intitolat għalihom fil-mument ta’ meta ressaq it-talba tiegħu u n-numru ta’ ġranet ta’ leave li r-rikorrent kien intitolat għalihom sal-aħħar tal-2010, it-tieni nett, sabiex jibbenefika minn dawn il-ġranet ta’ leave kollha u, it-tielet nett, sabiex jiġu indikati lilu r-raġunijiet possibbli li għalihom dawn it-talbiet setgħu jiġu rrifjutati lilu

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 65, 03.03.2012, p. 23.