Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-18 ta’ Frar 2019 – Azienda Sanitaria Provinciale di Catania vs Assessorato della Salute della Regione Siciliana

(Kawża C-128/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione (l-Italja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Azienda Sanitaria Provinciale di Catania

Konvenut: Assessorato della Salute della Regione Siciliana

Domandi preliminari

Fid-dawl tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE, li saru l-Artikoli 107 u 108 TFUE, kif ukoll tal-“Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura”, inklużi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2000/C 28/02, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej tal-1 ta’ Frar 2000, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sqallija Nru 19 tat-22 ta’ Diċembru 2005, skont liema “għat-twettiq tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tal-Liġi Reġjonali Nru 12 tal-5 ta’ Ġunju 1989, u konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 134 tal-Liġi Reġjonali Nru 32 tat-23 ta’ Diċembru 2000, qiegħed jiġi allokat ammont ta’ EUR 20 miljun għall-ħlas tal-ammonti dovuti mill-AUSL [Azienda Unità Sanitaria Locale, l-awtoritajiet tas-sanità lokali] ta’ Sqallija lill-proprjetarji tal-annimali li nqatlu għaliex infettati b’mard infettiv mifrux matul il-perijodu bejn is-sena 2000 u s-sena 2006, kif ukoll għall-ħlas, għall-istess snin, tal-onorarji dovuti lill-veterinarji li jaħdmu għal rashom li pparteċipaw fil-miżuri ta’ qtil. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-ammont allokat għas-sena finanzjarja 2005 jammonta għal EUR 10 miljun (Unità Provviżorja Bażika (UPB) 10.3.1.3.2., Kapitolu 417702). Għas-snin finanzjarji sussegwenti, id-dispożizzjonijiet applikabbli huma dawk tal-Artikolu 3(2)(i) tal-Liġi Reġjonali Nru 10 tas-27 ta’ April 1999 kif emendata u kkompletata”, jikkostitwixxu għajnuna mogħtija mill-Istat li toħloq jew tista’ toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produzzjonijiet?

Għalkemm id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(16) tal-Liġi Reġjonali ta’ Sqallija Nru 19 tat-22 ta’ Diċembru 2005, skont liema “għat-twettiq tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tal-Liġi Reġjonali Nru 12 tal-5 ta’ Ġunju 1989, u konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 134 tal-Liġi Reġjonali Nru 32 tat-23 ta’ Diċembru 2000, qiegħed jiġi allokat ammont ta’ EUR 20 miljun għall-ħlas tal-ammonti dovuti mill-AUSL [Azienda Unità Sanitaria Locale, l-awtoritajiet tas-sanità lokali] ta’ Sqallija lill-proprjetarji tal-annimali li nqatlu għaliex infettati b’mard infettiv mifrux matul il-perijodu bejn is-sena 2000 u s-sena 2006, kif ukoll għall-ħlas, għall-istess snin, tal-onorarji dovuti lill-veterinarji li jaħdmu għal rashom li pparteċipaw fil-miżuri ta’ qtil. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-ammont allokat għas-sena finanzjarja 2005 jammonta għal EUR 10 miljun (Unità Provviżorja Bażika (UPB) 10.3.1.3.2., Kapitolu 417702). Għas-snin finanzjarji sussegwenti, id-dispożizzjonijiet applikabbli huma dawk tal-Artikolu 3(2)(i) tal-Liġi Reġjonali Nru 10 tas-27 ta’ April 1999 kif emendata u kkompletata”, jistgħu jikkostitwixxu, bħala prinċipju, għajnuna mogħtija mill-Istat li, billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produzzjonijiet, toħloq jew tista’ toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, jista’ madankollu jitqies li dawn huma kompatibbli mal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE, li saru l-Artikoli 107 u 108 TFUE, fid-dawl tar-raġunijiet li wasslu lill-Kummissjoni Ewropea, fid-Deċiżjoni C(2002) 4786 tagħha tas-6 ta’ Diċembru 2002, tqis li, peress li l-kundizzjonijiet previsti mil-“Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura” inklużi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2000/C 28/02 ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej tal-1 ta’ Frar 2000 huma ssodisfatti, id-dispożizzjonijiet simili tal-Artikolu 11 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sqallija 40/1997 u tal-Artikolu 7 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sqallija 22/1999 huma kompatibbli mal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE?

____________