Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-52/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba għal estensjoni tas-servizz tar-rikorrent u, għaldaqstant, li tikkonferma l-irtirar obbligatorju ta’ dan tal-aħħar fil-31 ta’ Ottubru 2014, u t-talba għad-danni bl-interessi għall-preġudizzju materjali allegatament subit kif ukoll is-somma ta’ ewro bħala simbolu tal-kumpens għad-dannu morali allegat.

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra tal-25 ta’ Ġunju 2014, li tiċħad it-talba għal estensjoni tas-servizz tar-rikorrent u, għaldaqstant, li tikkonferma l-irtirar obbligatorju ta’ dan tal-aħħar fil-31 ta’ Ottubru 2014;tannulla, sa fejn dan ikun neċessarju, id-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tiegħu, tal-10 ta’ Diċembru 2014 u nnotifikata lir-rikorrent fid-29 ta’ Diċmebru 2014;tordna l-kumpens għad-dannu materjali subit mir-rikorrent li jirriżulta mid-deċiżjonijiet ikkontestati;tagħti lir-rikorrent is-somma ta’ ewro bħala simbolu tal-kumpens għad-dannu morali tiegħu;tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.