Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Spetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Spetsializirana prokuratura

(Kawża C-653/19 PPU) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Direttiva (UE) 2016/343 – Tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti għall-proċess tiegħu fi proċeduri kriminali – Artikolu 6 – Oneru tal-prova – Żamma taħt arrest preventiv ta’ persuna akkużata)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Spetsializirana prokuratura

fil-preżenza ta’: Spetsializirana prokuratura

Dispożittiv

L-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali, kif ukoll l-Artikoli 6 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma humiex applikabbli għal leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-liberazzjoni ta’ persuna taħt arrest preventiv għall-fatt li din il-persuna tistabbilixxi l-eżistenza ta’ ċirkustanzi ġodda li jiġġustifikaw din il-liberazzjoni.

____________

1     ĠU C 399, 25.11.2019.