Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fid-29 ta’ Diċembru 2020 – CT, Ferme de la Sarte SPRL vs Région wallonne

(Kawża C-726/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CT, Ferme de la Sarte SPRL

Konvenut: Région wallonne

Domanda preliminari

L-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 1 għandu jkun interpretat bħala li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu l-produzzjoni ta’ lawns jew soqfa ħodor?

____________

1 ĠU 2013, L 347, p. 487, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 1.