Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravni sud u Zagrebu (il-Kroazja) fil-31 ta’ Ottubru 2019 – FRANCK d.d., Zagreb vs Ministarstvo financija Republike Hrvatske, Samostalni sektor za drugostupanjski upravni postupak, Zagreb

(Kawża C-801/19)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Upravni sud u Zagrebu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FRANCK d.d., Zagreb

Konvenut: Ministarstvo financija Republike Hrvatske, Samostalni sektor za drugostupanjski upravni postupak, Zagreb

Domandi preliminari

Il-fatt li fondi jkunu saru disponibbli mir-rikorrenti, li ma hijiex istituzzjoni finanzjarja, għall-ħlas ta’ remunerazzjoni waħda ta’ 1 %, jikkostitwixxi servizz li jista’ jitqies bħala “l-għoti u n-negozjar ta’ kreditu u l-immaniġġjar tal-kreditu mill-persuna li tagħtih” fis-sens tal-Artikolu 135 [(1)](b) tad-Direttiva VAT 1 , minkejja l-fatt li r-rikorrenti ma hijiex formalment dik li ssellef fil-kuntratt?

Kambjala, jiġifieri titolu li bih l-emittent jimpenja ruħu li jħallas ammont speċifiku ta’ flus lill-persuna indikata bħala kreditur fuq dan il-titolu, jew il-persuna li sussegwentement akkwistat dan it-titolu b’mod legali, titqies bħala “strumenti oħrajn negozzjabbli” fis-sens tal-Artikolu 135(1)(d) tad-Direttiva VAT?

Is-servizz li bih ir-rikorrenti, bħala korrispettiv tar-remunerazzjoni ta’ 1 % imħallas mill-emittent tal-kambjala, ittrasferixxiet l-imsemmija kambjala lil kumpannija tal-fatturament u ttrasferixxiet l-ammont miksub mill-kumpannija ta’ fatturament lill-emittent tal-kambjala, filwaqt li ggarantiet lill-kumpannija tal-fatturament li l-emittent tal-kambjala ser jissodisfa l-obbligu li għandu li jirriżulta mill-kambjala meta dan tal-aħħar isir dovut, jikkostitwixxi:

a)    provvista ta’ servizzi eżentata mill-VAT fis-sens tal-Artikolu 135 [(1)](b) tad-Direttiva VAT;

b)    provvista ta’ servizzi eżentata mill-VAT fis-sens tal-Artikolu 135 [(1)](d) tad-Direttiva VAT?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).