Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fil-15 ta’ Mejju 2019 – SC Banca E S.A. vs G.D.
(Kawża C-381/19)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: SC Banca E S.A.
Konvenuta: G.D.
Domanda preliminari
Fid-dawl tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni, il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li, f’tilwim fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi, ir-regoli proċedurali jinbidlu wara li l-konsumatur ikun adixxa l-awtorità ġudizzjarja, permezz ta’ deċiżjoni vinkolanti tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali, ir-Rumanija), implimentata permezz ta’ liġi li temenda l-Codul de procedură civilă (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), billi tintroduċi rimedju ieħor, li jista’ jintuża mill-professjonist, b’żieda konsegwenti fit-tul ta’ żmien tal-proċedura u tal-ispejjeż għas-soluzzjoni tat-tilwima?
____________