Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-24 ta’ Ġunju 2020 – UM

(Kawża C-277/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UM

Partijiet oħra fil-proċedura: HW bħala amministratur tas-suċċessjoni ta’ ZL, Marktgemeinde Kötschach-Mauthen, Finanzamt Spittal Villach

Domandi preliminari

L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi patt ta’ suċċessjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, att ta’ donazzjoni causa mortis rigward proprjetà immobbli li tinsab fl-Awstrija, konkluż bejn żewġ ċittadini Ġermaniżi li għandhom il-post ta’ residenza abitwali tagħhom fil-Ġermanja u li jgħid li d-donatarju għandu jkollu fir-rigward tas-suċċessjoni, wara l-mewt tad-donatur, dritt personali għar-reġistrazzjoni tad-dritt tiegħu għall-proprjetà fir-reġistru tal-artijiet abbażi ta’ dan l-att ta’ donazzjoni u taċ-ċertifikat ta’ mewt tad-donatur, u għaldaqstant mingħajr intervent tal-amministrazzjoni kompetenti fil-qasam tas-suċċessjoni?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda:

L-Artikolu 83(2) tar-Regolament Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jirregola wkoll il-validità tal-għażla tal-liġi applikabbli, magħmula qabel is-17 ta’ Awwissu 2015, għal att ta’ donazzjoni causa mortis li għandu jiġi kklassifikat bħala patt ta’ suċċessjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 650/2012?

____________

1 ĠU 2012, L 201, p. 107, rettifiki fil-ĠU 2012, L 344, p. 3 u fil-ĠU 2013, L 60, p. 140.