Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa miċ-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Ġunju 2020 – K vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)

(Kawża C-285/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: K

Konvenut: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)

Domandi preliminari

L-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna f’qgħad sħiħ, li tkun ittrasferiet ir-residenza tagħha lejn Stat Membru ieħor meta hija kienet qed tirċievi benefiċċju fis-sens tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 mill-Istat Membru kompetenti u/jew qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol tagħha, għandha dritt għal benefiċċju tal-qgħad taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn hija residenti?

Ir-raġunijiet, pereżempju raġunijiet ta’ familja, li għalihom din il-persuna f’qgħad ittrasferixxiet ir-residenza tagħha lejn Stat Membru differenti mill-Istat Membru kompetenti huma rilevanti f’dan ir-rigward?

____________

1 Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).