Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Erfurt (il-Germanja) fl-24 ta’ Ġunju 2020 – A. G. E. vs B AG

(Kawża C-276/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Erfurt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A. G. E.

Konvenuta: B AG

Domandi preliminari

Fil-każ ta’ ksur mill-manifattur ta’ vettura jew magna tad-dritt Ewropew relatat mar-reġistrazzjoni ta’ vetturi u tar-regoli Ewropej relatati mal-livell ta’ emissjonijiet, id-dritt tal-Unjoni, partikolarment il-prinċipju ta’ effettività u d-drittijiet fundamentali stipulati mid-dritt tal-Unjoni, jimponi li ma jitnaqqasx, mid-danni dovuti bħala kumpens għad-dannu sostnut mix-xerrej, kumpens fuq il-bażi tal-użu effettiv tal-vettura? Dan it-tnaqqis huwa fi kwalunkwe każ ipprojbit jekk il-manifattur jikkawża dannu lil klijent b’mod intenzjonali jew li jmur kontra l-moralità?

Il-qorti tar-rinviju hija qorti indipendenti u imparzjali fis-sens tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 267 TFUE, tat-tielet sentenza tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

____________