Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015 – Coedo Suárez vs Il-Kunsill

(Kawża F-38/14) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċedura dixxiplinari – Sanzjoni dixxiplinari – Revoka bi tnaqqis tal-allowance tal-invalidità – Proporzjonalità tas-sanzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Kunċett ta’ kondotta tal-uffiċjal tul il-karriera tiegħu – Osservanza tal-ħinijiet tax-xogħol)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ángel Coedo Suárez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill li timponi s-sanzjoni ta’ revoka bi tnaqqis tal-allowance tal-invalidità ta’ 15 % sal-età tal-irtirar.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Á. Coedo Suárez għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.