Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fit-18 ta’ Settembru 2019 – SIA “Soho Group” vs Patērētāju tiesību aizsardzības centrs

(Kawża C-686/19)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti fil-kassazzjoni: SIA “Soho Group”

Parti oħra fil-proċedura ta’ kasazzjoni: Patērētāju tiesību aizsardzības centrs

Domandi preliminari

Il-kunċett ta’ “l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur” previst fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE 1 huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni?

F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża preżenti, il-kunċett ta’ “l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur” previst fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, jinkludi l-ispejjeż għall-estensjoni tal-kreditu, sa fejn il-kundizzjonijiet għall-estensjoni tal-kreditu jifformaw parti mill-klawżoli u mill kundizzjonijiet miftiehma bejn min isellef u min jissellef fil-kuntratt ta’ kreditu?

____________

1 ĠU 2008, L 133, p. 66.