Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2012 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-9/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Lévi, M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

It-talba sabiex il-Parlament Ewropew jiġi kkundannat jikkumpensa danni materjali u morali allegatament imġarrba mir-rikorrenti minħabba nuqqasijiet imwettqa fl-amministrazzjoni tal-lista ta’ riżerva tagħha.

Talbiet tar-rikorrenti

jirrikonoxxi r-responsabbiltà extrakuntrattwali tal-Parlament għan-nuqqasijiet imwettqa fl-amministrazzjoni tal-lista ta’ riżerva tagħha;

jikkumpensa d-dannu materjali tar-rikorrenti evalwat, għall-perijodu minn Diċembru 2003 sa Diċembru 2011 għal EUR 749 449.3, flimkien mal-fondi ta’ rtirar, għall-perijodu sussegwenti sas-sena legali tal-irtirar, għall-ħlas ta’ kull xahar tal-ammonti netti li jikkorrispondu għll-pagi stabbiliti għall-uffiċjali tal-grad AD li jibdew mill-grad AD 9, skala 2, it-tieni sena, waqt li jieħu inkunsiderazzjoni karriera normali ta’ uffiċjal tal-istess grad, ikkompletat b’kontribuzzjonijiet korrispondenti għall-fond ta’ mard tiegħu. Kollu għandu jiġi miżjud bl-interessi moratorji bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti perċentwali;

jikkumpensa d-dannu morali tar-rikorrenti evalwat għal EUR 70 000;

jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.