Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2019– Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-744/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Tricot, G. Gattinara, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1)    tikkonstata li

billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha b’mod sħiħ mad-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom 1 ,

u billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni dispożizzjonijiet ta’ dan it-tip,

ir-Repubblika Taljana ma osservatx l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 106 ta’ din id-direttiva.

2)    tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ motiv uniku, il-Kummissjoni ssostni li, peress li la adottat u lanqas ikkomunikat lill-Kummissjoni l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha b’mod sħiħ mad-Direttiva 2013/59, ir-Repubblika Taljana ma osservatx l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 106 tad-direttiva.

____________

1     ĠU 2014, L 13, p 1.