Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2015 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-94/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad il-kontestazzjoni tar-rikorrrent tar-riżultat tal-elezzjonijiet għall-Kumitat tal-Persunal tas-SEAE.

Talbiet

Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-23 ta’ April 2015 li tivvalida l-elezzjonijiet għall-Kumitat tal-Persunal tas-SEAE li r-riżultat tagħhom ġie ppubblikat fis-17 ta’ Marzu 2015;tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.

____________