Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Luigi Macchia vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-63/11 RENV) 1

(Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Rinviju għall-Qorti Ġenerali wara l-annullament – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Rikors manifestament inammissibbli u manifestament infondat)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Luigi Macchia (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita li ma jiġix imġedded il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju fis-sens tal-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg tar-rikorrent.Dispożittiv tad-Digriet Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.L. Macchia għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess sostnuti rispettivament fil-Kawżi F-63/11, T-368/12 P u F-63/11 RENV kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawżi F-63/11 u F-63/11 RENV.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess sostnuti fil-Kawża T-368/12 P.