Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni u SEAE

(Kawża F-126/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: M. Tallent, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna li tikkonferma limitu massimu ta’ rimbors għaċ-ċaqliq tar-rikorrent mill-Montenegro għall-pajjiż ta’ oriġini tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla purament u sempliċement id-deċiżjoni kkontestata mogħtija mill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ, iddatata 23 ta’ Lulju 2014 u nnotifikata fl-1 ta’ Awwissu 2014;

jikkonstata li ZZ ser jiġi rrimborsat għall-ispejjeż reali tiegħu sostnuti għaċ-ċaqliq tiegħu fl-ammont ta’ EUR 17 940;jikkonstata, sussidjarjament, li ZZ ser jiġi rrimborsat għall-ispejjeż taċ-ċaqliq tiegħu fl-ammont ta’ EUR 7 960;jikkonstata li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż kollha tal-kawża.