Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour du travail de Liège (il-Belġju) fit-18 ta’ Marzu 2019 – B. vs Centre public d'action sociale de Líège (CPAS)

(Kawża C-233/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: B.

Konvenut: Centre public d'action sociale de Líège (CPAS)

Domandi preliminari

L-Artikoli 5 u 13 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment 1 , moqrija fid-dawl tal-Artikoli 19(2) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 14(1)(b) ta’ din id-direttiva, moqrija fid-dawl tas-sentenza C-562/13 mogħtija fit-18 ta’ Diċemrbu 2014 mill-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati bħala li jagħtu effett suspensiv lil rikors eżerċitat kontra deċiżjoni li tordna lil ċittadin ta’ pajjiż terz milqut minn marda serja li jitlaq mit-territorju ta’ Stat Membru, billi l-awtur tar-rikors isostni li l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni tista’ tesponih għal riksju serju ta’ deterjorament serju u irriversibbli tal-istat ta’ saħħtu,

mingħajr il-ħtieġa li titwettaq evalwazzjoni tar-rikors, is-sempliċi preżentata tiegħu hija suffiċjenti sabiex tissospendi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li tordna t-tluq mit-territorju

jew permezz ta’ stħarriġ marġinali dwar l-eżistenza ta’ ilment invokabbli jew tal-assenza ta’ ta’ inammissibbiltà jew ta’ nuqqas manifest ta’ bażi għar-rikors quddiem il-Kunsill għall-Kwistjonijiet dwar Barranin

jew inkella permezz ta’ stħarriġ sħiħ u komplut min-naħa tal-qrati tax-xogħol sabiex jiġi ddeterminat jekk l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni tistax tesponi lill-awtur tar-rikors għal riskju serju ta’ deterjorazzjoni serja u irriversibbli tal-istat ta’ saħħtu?

____________

1 ĠU L 348, p. 98.