Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta' Settembru 2011

AZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-26/10) 1

(Servizz pubbliku - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2009 - Kapaċità li wieħed jaħdem bi tliet lingwi - Eżistenza ta' proċedura dixxiplinari - Esklużjoni mill-proċedura ta' promozzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AZ (Thionville, Franza) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li teskludi lir-rikorrent mill-proċedura ta' promozzjoni 2009 u għall-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallsu somma bħala kumpens għad-danni morali.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

AZ għandu jbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 179, 03/07/2010, p. 58.