Language of document : ECLI:EU:C:2020:313


 


 



Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ April 2020 –
Rosellò vs L-Italja

(Kawża C747/19 P)

“Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali kontra Stat Membru”

1.      Appell – Aggravji – Aggravji manifestament inammissibbli jew manifestament infondati – Ċaħda f’kull mument, permezz ta’ digriet motivat, mingħajr proċedura orali

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 181)

(ara l-punt 7)

2.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors għal annullament jew għad-danni ppreżentat minn persuna fiżika kontra Stat Membru – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Inammissibbiltà

(Artikolu 268 u t-tielet u r-raba’ paragrafi tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punt 12-14)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament infondat u parzjalment manifestament ineffettiv.

2)

Jorge Minguel Rosellò għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.