Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Mejju 2013

Alsteens vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-87/12) 1

“Servizz pubbliku – Membru tal-persunal temporanju – Tiġdid ta’ kuntratt – Annullament parzjali – Bidla”

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Geoffroy Alsteens (Marcinelle, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, É. Marchal, A. Coolen u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li jiġi limitat il-perijodu ta’ tiġdid tal-kuntratt tar-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

G. Alsteens għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1  ĠU C 319, 20.10.12, p. 19.