Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2014 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-15/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: A. Salerno, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li jirrexxindi l-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrent fi tmiem il-perijodu ta’ estensjoni tal-perijodu ta’ prova tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew bid-data tat-12 ta’ April 2013 li jkeċċih b’effett mill-15 ta’ Lulju 2013;jiffissa għal EUR 45 000, flimkien mal-interessi moratorji, l-ammont tal-kumpens dovut lir-rikorrent fil-każ li l-Parlament Ewropew jinvoka impossibbiltà ġuridika għar-reintegrazzjoni tiegħu billi jaħtru bħala uffiċjal permanenti;jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż kollha.