Language of document : ECLI:EU:F:2015:92

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
TAL-UNJONI EWROPEA
(It-Tieni Awla)

16 ta’ Lulju 2015

Kawża F‑79/13 OP

Valéria Anna Gyarmathy

vs

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA)

“Servizz pubbliku – Sentenza fil-kontumaċja – Oppożizzjoni mir-rikorrent – Inammissibbiltà manifesta”

Suġġett:      Oppożizzjoni magħmula abbażi tal-Artikolu 124 tar-Regoli tal-Proċedura, li jirriproduċi, wara emendi, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 116(4) sa (6) tar-Regoli tal-Proċedura li kienu fis-seħħ sat-30 ta’ Settembru 2014, li permezz tagħha V. A. Gyarmathy tfittex li tikkontesta s-sentenza tat-Tribunal tat-18 ta’ Mejju 2015, Gyarmathy vs EMCDDA (F‑79/13, EU:F:2015:49), mogħtija fil-kontumaċja fil-konfront taċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għad-Drogi u t-Tossiku Dipendenza (EMCDDA).

Deċiżjoni:      L-oppożizzjoni magħmula minn V. A. Gyarmathy hija manifestament inammissibbli. V. A. Gyarmathy għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

Proċedura ġudizzjarja – Kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Oppożizzjoni mir-rikorrent għal sentenza mogħtija fil-kontumaċja – Inammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 41; Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikoli 121 u 124)

Skont l-Artikolu 41 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, u skont l-Artikoli 121 u 124 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, sentenza tista’ tingħata fil-kontumaċja biss fil-konfront tal-konvenut u biss fil-każ li dan tal-aħħar ma jkunx ippreżenta sottomissjonijiet bil-miktub fit-termini stabbiliti. Barra minn hekk, huwa ammissibbli biss għall-konvenut li jagħmel oppożizzjoni kontra tali sentenza.

(ara l-punt 12)