Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-12 ta’ Marzu 2020 – JS vs Câmara Municipal de Gondomar

(Kawża C-135/20)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: JS

Konvenuta: Câmara Municipal de Gondomar

Domandi preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod speċifiku il-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li jirrigwarda CES, UNICE u CEEP 1 , għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi b’mod assolut il-konverżjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat konklużi bejn entitajiet pubbliċi f’kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat?

Id-Direttiva 1999/70/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li timponi l-konverżjoni tal-kuntratti bħala l-uniku mod li jiġi evitat l-abbuż li jirriżulta mil-użu suċċessiv ta’ kuntratti tax-xogħol għal żmien determinat?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).