Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija) fil-15 ta’ April 2019 – Consiliul Concurenței vs Whiteland Import Export SRL

(Kawża C-308/19)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casație și Justiție

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Consiliul Concurenței (il-Kunsill tal-kompetizzjoni, ir-Rumanija)

Konvenuta: Whiteland Import Export SRL

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikolu 101 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimponu fuq l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri, li jagħtu, lir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-preskrizzjoni tad-dritt tal-Kunsill tal-kompetizzjoni li jimponi sanzjonijiet amministrattivi, interpretazzjoni konformi mal-leġiżlazzjoni li tinsab fl-Artikolu 25(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 1 u li jipprekludu li r-regoli tad-dritt nazzjonali jiġu interpretati fis-sens li b’att li jinterrompi l-preskrizzjoni wieħed għandu jifhem biss l-att formali ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni dwar prattika antikompetittiva, mingħajr ma l-azzjonijiet ulterjuri mwettqa għall-finijiet tat-tkomplija ta’ din il-prattika jaqgħu fl-istess kategorija tal-atti li jinterrompu l-preskrizzjoni?

____________

1 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).