Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Marzu 2020 – AD, BE, CF vs Corendon Airlines

(Kawża C-146/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AD, BE, CF

Konvenuta: Corendon Airlines

Domandi preliminari

Teżisti kanċellazzjoni ta’ titjira fis-sens tal-Artikolu 2(l) u tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 1 , jekk it-trasportatur tal-ajru li jopera jressaq ’il quddiem għad-08.40, ħin lokali, tal-istess jum, titjira rriżervata fil-kuntest ta’ pakkett ta’ vvjaġġar li t-tluq tagħha kien previst għall-10.20, ħin lokali?

Il-komunikazzjoni magħmula għaxart ijiem qabel il-bidu tal-vjaġġ rigward it-tressiq ’il quddiem ta’ titjira fl-10.20, ħin lokali, għad-08.40, ħin lokali, tal-istess jum, tikkostitwixxi offerta ta’ rotta differenti fis-sens tal-Artikoli 5(1)(a) u 8(1)(b) tal-istess regolament?

____________

1     Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).