Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Mejju 2011 – Barthel, Reiffers u Massez vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-59/10) 1

(Servizz pubbliku – Kwistjonijiet proċedurali – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Ilment tardiv – Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Yvette Barthel (Arlon, il-Belġju), Marianne Reiffers (Olm, il-Lussemburgu) u Lieven Massez (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja (rappreżentant: A. V. Placco, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonċerna t-talba tar-rikorrenti li jibbenefikaw minn allowance għal xogħol kontinwu jew bix-xift prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76, tad-9 ta’ Frar 1976, li jistabbilixxi l-kategoriji ta’ uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 78).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tar-rikorrenti.

____________

1 ĠU C 260, 25.9.2010, p. 28.