Language of document : ECLI:EU:F:2011:65

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-EWWEL AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

25 ta’ Mejju 2011

Kawża F-93/10

AL

vs

Il-Parlament Ewropew

“Ftehim bonarju — Tħassir tal-kawża”

Suġġett: Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu AL jitlob, b’mod partikolari, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li ma jiġix promoss għall-grad AST 8 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni, u kumpens għad-dannu li huwa jqis li ġarrab.

Deċiżjoni: Il-Kawża F‑93/10, AL vs Il‑Parlament għandha titħassar mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-partijiet għandhom ibatu l-ispejjeż skont il-ftehim milħuq bejniethom.

Sommarju

Uffiċjali — Rikors — Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu69)